Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta installa l-ewwel kamera tas-sigurtà tal-aħħar teknoloġija li taħdem bl-Intelliġenza Artifiċjali (AI).

Din il-kamera, installata fi Triq il-Merkanti, se twassal sabiex ikompli jonqos l-abbuż bħal rimi ta’ skart illegali u pparkjar irregolari. Din il-kamera hija mgħammra b’sistemi avvanzati ta’ intelliġenza artifiċjali u  ser tagħmel l-infurzar aktar veloċi u effettiv.

DOI Kian Bugeja_2

Ritratt: DOI/ Kian Bugeja

Dan l-investiment teknoloġiku mhux biss se jgħin biex jikkontrolla u jnaqqas l-abbuż, iżda wkoll sabiex tingħata protezzjoni aħjar lill-komunità Beltija li twassal għal belt kapitali aktar sigura u nadifa.

DOI Kian Bugeja

Ritratt: DOI / Kian Bugeja


Kyle Zarb