Imut l-attur Leo Bartolo li rajnieh fis-sensiela Iċ-Ċaqqufa. It-tim tal-istess sensiela li r-raba' staġun ġie fi tmiemu lbieraħ stess, qasam fuq il-mezzi soċjali, "Insellmu lill-għażiż Leo Bartolo, l-attur ta' talent kbir li ħadem il-parti ta' Tarcisio fis-serje Iċ-Ċaqqufa."
Huma jkomplu jiktbu, "Leo kien ħabib sinċier u ġentlom kbir maħbub mill-atturi kollha u crew li ħadmu miegħu. Kondoljanzi lill-familja Bartolo. Strieh fis-sliem għażiż Leo."
Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja għażiża ta' Leo u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tiegħu, kif ukoll lit-tim taċ-Ċaqqufa li ħadem mill-viċin ma' Leo. Strieħ fis-sliem għażiż u kompli ħares fuq il-maħbubin tiegħek minn fejn tinsab.
Kuraġġ lill-familjari kollha f'dan il-mument xejn faċli.