Illum inzerta l-Jum Internazzjonali ddedikat lill-Edukazzjoni madwar id-dinja.

Il-Ministru Owen Bonnici, li wkoll għamel żmien bħala l-Ministru tal-Edukazzjoni ta’ Malta, sellem lill-edukaturi kollha ta’ Malta f’dan il-jum iddedikat għalihom u għal dak li jgħallmu. “Kull ċenteżmu mitfugħ f’dan is-settur kruċjali għal pajjiżna hu investiment għal Malta aħjar, iktar dinamika, iktar kreattiva u li tpoġġi fiċ-ċentru l-arti, il-kultura u x-xjenzi,” kiteb Bonnici. Huwa għalaq il-messaġġ tiegħu billi sellem ukoll lill-istudenti kollha, speċjalment lil dawk li qed jibdew l-eżamijiet.

Minn qalbna nawguraw u nirringrazzjaw lil kull edukatur f’pajjiżna tax-xogħol siewi li jagħmlu għall-ġid u l-futur tal-istudenti.


Henzley  Bezzina