Oliver Scicluna, ilbieraħ fuq il-mezzi soċjali tiegħu, sellem eks kollega tiegħu li għaddiet għall-ħajja ta' dejjem. Kollega li għenitu mmens lilu.
Hu jikteb, "Insellem il-memorja ta' Marianne Debono, persuna li ftit forsi jafu min hi, iżda hija persuna li ħadmet ħafna fis-settur tad-diżabilità fejn jien stess tgħallimt ħafna mingħandna meta kienet taħdem miegħi l-Kummissjoni Nazzjonali persuni b'diżabilità, illum Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Dizabilita'."
Hu jtemm jgħid, "Meta spiċċat baqat f'kuntatt miegħi. Kondoljanzi lit-tifel tagħha Stanley li huwa ħabib u ex-kollega tiegħi ukoll." F'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja tagħha u ngħaddu l-kondoljanzi tagħhna lill-familjari u ħbieb tagħha f'dan iż-żmien diffiċli għalihom.