In-narratur fuq il-paġna Ftit Minn Kollox jikteb dwar l-imħabba tal-omm, li minkejja ż-żmien dejjem tibqa’ tħobb lil uliedha u tagħmel minn kollox għalihom.

In-narratur jikteb, “Din il-ġimgħa għalaqt 48 sena. Għalija kienet ġurnata xogħol bħall-oħrajn. Spiċċajt ix-shift tiegħi u daqqli l-mobile, f'qalbi għedt issa nċempel lura meta nasal id-dar. Iżda meta rajt in-numru ta' ommi fuq l-iscreen, kont pront weġibt għax bżajt li ġralha xi ħaġa. Ma ġralha xejn. Qaltli: "Ċempiltlek biex ngħidlek happy birthday! Għaddi sad-dar għax għamiltlek xi ħaġa..." Hekk għamilt, u xħin ftaħt il-bieb ġiet tilqagħni b'kejk f'idha. Il-kejk għamlitu hi. Qaltli: "Mur, u aqsmu mal-mara u t-tfal." Tajtha bewsa u tgħanniqa kbira, qabiżli d-dmugħ. Insejt meta l-aħħar bist u għannaqt lil ommi. Dik li għalija kellha tkun ġurnata bħall-oħrajn, spiċċat fuq nota speċjali. Grazzi Ma talli ħsibt fija. Qbiżt it-80 sena u għadek tiftakar f'uliedek bi mħabba kbira. Il-kejk qsamtu u kien tajjeb ħafna, għalija l-aqwa kejk li qatt doqt!”

Storja li tmiss il-qlub hekk kif tfakkarna kemm l-ommijiet jagħmlu għalina.

Facebook / Ftit minn kollox


Gabriella Borg