Ftit Minn Kollox hi paġna li spiss taqsam kliem profond dwar il-ħajja u tagħti pariri dwar l-aħjar mod kif għandna ngħixu.

Illum in-narratur kiteb, “M’għandna bżonn nagħmlu xejn speċjali biex inkunu maħbubin min-nies ta' madwarna. Inqattgħu ħajjitna nippruvaw nidhru aktar sbieħ, aktar intelliġenti, aktar maturi għal għajnejn in-nies. Iżda maż-żmien tgħallimt żewġ affarijiet. Dawk li verament iħobbuna, jarawna b'qalbhom u għalhekk jagħrfu fina kwalitajiet sbieħ lil hinn minn dak li verament għandna. Iżda min-naħa l-oħra, dawk li ma jħobbuniex, qatt ma jkunu sodisfatti bl-isforzi kollha li nagħmlu kuljum. Għalhekk m'għadnix niffitta wisq biex nidher perfetta f'għajnejn in-nies, għax in-nies prezzjużi jarawna b'qalbhom u mhux b'għajnejhom.”

Kliem tassew prezzjuż għaliex jgħid il-verita’. Dejjem għandna ngħixu għalina nfusna għaliex min verament iħobbna se jaċċettana kif aħna.

Facebook / Ftit Minn Kollox


Gabriella Borg