Miriana Conte, ir-rappreżentanta ta' Malta fil-Eurovision Song Contest 2025, qed tiġbed l-attenzjoni mhux biss għall-kanzunetta tagħha Kant, li bħalissa tinsab f'nofs kontroversja iżda wkoll għall-istil uniku tagħha fil-vidjow mużikali li qed jinġibed bħalissa.
F'dan il-vidjow, jidher li Miriana għażlet li tiżbogħ ħuġbejha (ix-xagħar t'għajnejha) bjond u dan qed jagħtiha dehra aktar moderna u distintiva milli nafuha biha. Il-kanzunetta Kant kienet suġġetta għal kontroversja minħabba l-pronunzja tagħha, li fil-lingwa Ingliża tista' tinftiehem ħażin. Dan wassal biex l-Unjoni Ewropea tax-Xandir (EBU) titlob tibdil fit-titlu u l-lirika tal-kanzunetta.
Minkejja dawn l-isfidi, Miriana baqgħet determinata u qed tkompli tħejji għall-prestazzjoni tagħha fil-Eurovision f'Basel, l-Iżvizzera, f'Mejju li ġej. L-istil tagħha fil-vidjow mużikali, inkluż ix-xagħar għajnejha, juri l-impenn tagħha biex toħloq dehra unika u memorabbli għall-udjenza Ewropea.
Miriana, aħna ninsab warajk!
Facebook / Miriana Conte