Fuq il-profil personali tiegħu Mario Tabone Vassallo tefa’ post fejn dan ilmenta fuq id-differenza tal-prezzijiet bejn Malta u Londra wara li dan qatta’ tlett ġimgħat hemm għadu kemm jasal f’Malta riċentament.
“Dalgħodu mort għal xirja ta’ malajr. Innutajt li ħobża tal-kexxun swietli d-doppju ta’ kemm tiswili Londra, iċken bin-nofs u ta’ kwalità ferm inqas; u dil-ħobża li xtrajt magħduda waħda mill-aħjar ħobżiet ’'Malta. Il-prezz tat-tuffieħ kien doppju u tal-larinġ fuq 50% iktar għoli minn Londra”, kiteb Mario.
Qal ukoll li ikla ta’ Fish and Chips and Mushy Peas u Prawns fried in batter għal tlett persuni swiet biss £31, u dan meta qed jingħad li l-Ingilterra għaddeja minn kriżi kbira tal-għoli tal-ħajja.