Xi jiem ilu, il-pedjatra magħruf Dr Joseph Mizzi kiteb messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu dwar is-suġġett tal-istraws. Huwa rrifletta fuq kif ħafna ġenituri jfittxu dawn l-istrumenti, speċjalment għal uliedhom, bħala mezz biex jgħinuhom jixorbu b’iktar faċilità.

Hu jikteb, "L-istraws tal-plastik spiċċaw; tal-kartun ma jiswewx karlin. Innotajt li hawn straws tal-metall. Dawn huma perikolużi għat-tfal. Jekk tifla jew tifel jaqa’ bi straw tal-metall f’ħalqu, jista’ jweġġa’ serjament. Ninkoraġġixxi lill-ġenituri biex qatt ma jagħtu staws tal-metall lit-tfal."

Hu jtemm, "PS. Bħalma l-istraws tal-plastik ġew banned biex 'insalvaw il-pjaneta', l-istess għandu jsir għall-istraws tal-metall biex nipproteġu lit-tfal tagħna."


Emil Calleja Bayliss