Min-nhar It-Tlieta 7 ta' Jannar, tirritorna mill-ġdid id-drama tant mistennija TA' GERIT, b'kitba u direzzjoni ta' Desier Debono. L-andament f'din it-tielet sensiela, se jieħu xejra differenti minn ta' qabel.

"Ma ridtx li jiġi mġebbed, allura biddilt ftit l-istorja u daħħalt anki karattru ġdid," qalilna Desier. Fost l-istejjer li diġà rajna, u l-karattri li ovvjament se jibqgħu parti minn TA' GERIT, se jkollkom karattru ieħor x'tixtarru.

Anna Dalli_TA

"Membru ġdid fil-familja li tirritorna libera wara li romlot f'salt. Mhux se nagħtikom wisq informazzjoni. Ngħidilkom biss li, biex nagħżel u nafda attriċi f'karattru tant partikulari, ma kienet faċli xejn. Sakemm ftakart fl-attriċi ħabiba tiegħi Anna Maria Mercieca, jew forsi hawn min jafha b'Anna Dalli."

Fl-imgħoddi Anna ħadmet diversi produzzjonijiet u tibqa' magħrufa għar-rwol tagħha fix-xogħol klassiku tal-Mandraġġara. Anna se tkun f'TA' GERIT (3), u se tħobbuh il-karattru tagħha, li flimkien ma' Marija, David, Anġlu, Adelaide, Ms.Pace, Lino u l-bqija tal-karattri, se jkunu qed iħawdu fil-borma tat-tisjira l-ġdida tal-istorja.

Desier jiddeskrivi dak li ġej bħala, "Episodji ġodda bi sfida u ħafna avventuri." Tgħid min hu dan il-karattru u kif ser tidħol fl-istorja?

Anna Dalli_TA


Kyle Zarb