“Inkun Qed Nonqos Jekk Ma Nerġax Ngħid Grazzi Kbira Ta' Din L-Opportunità Sabiha Li Tawni Dawn It-Tnejn” – Eileen Montesin

Eileen Montesin fuq il-mezzi soċjali tagħha għaddiet ringrazzjament lil Ryan u lil Josmar li ħasbu fiha fir-ritorn tagħha fuq it-televiżjoni permezz tal-kummentarju tagħha ta’ Come Dine With Me.

Hi tikteb, “Illejla jixxandru l-aħħar żewġ programmi ta’ din l-ewwel sensiela ta’ Come Dine With Me Malta. Inkun qed nonqos jekk ma nerġax ngħid grazzi kbira ta’ din l-opportunità sabiħa li tawni dawn it-tnejn minn nies – Ryan u Josmar. Dan il-programm kien iċ-ċirasa fuq il-kejk tal-karriera tiegħi. Grazzi Ryan u grazzi Josmar għax tajtuni skop ġdid f’ħajti li qatt ma bsart jew stennejt li se jiġri.”

Hi ttemm, “Niltaqgħu għat-tieni sensiela fl-2026!” L-applikazzjonijiet jinsabu miftuħa jekk tkun imħajjar li tapplika għal dan il-programm, issa ċ-ċans tiegħek biex tagħmel dan. Idħol fuq il-mezzi soċjali tal-programm biex tagħmel kuntatt mat-tim tal-produzzjoni u tapplikaw għal din l-opportunità.

Araw il-messaġġ tagħha HAWN.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI