Wara li kellna artiklu bl-ismijiet tas-subien, ħsibna sabiex nagħmlu wieħed tal-bniet ukoll. Biex inżommu ftit il-bilanċ bejn is-sessi, kif għandu jkun wara kollox! Ikolli ngħid li l-maġġoranza ta’ dawn l-ismijiet huma verament partikolari.

Ma nixtieqx nuża l-kelma strambi imma iltqajt magħhom dan l-aħħar u kont verament sorpriż. Dawn l-ismijiet kollha ġew reġistrati b’varjazzjonijiet differenti bħala ismijiet li ġew mogħtija lit-trabi dawn l-aħħar snin. Ara jekk hawnx xi isem li smajtuh jew forsi it-tifla jew in-neputija tagħkom jisimha hekk.

View this post on Instagram

A post shared by Katia & Maria (@knotsandblooms) on

  • Hexania
  • Muska
  • Lazar
  • Kroenen
  • Eyu
  • Kyd
  • Clayon
  • Carrielis
  • Kelzen
  • Bitania
  • Zaleishia
  • Saznolee
  • Zanishielle
  • Zashielle
  • Saga
  • Dhikshita
  • Cerelia
  • Roksanda

Nistqarr li lkoll ismijiet oriġinali għall-aħħar imma tfal ħafna minnhom ħa jkollhom kemxejn kedda biex jitgħallmu kif jispellu dawn l-imberkin ismijiet. Sakemm mhux isem qasir bħal Eyu jew Kyd. Interessanti minn fejn wieħed joħroġ b’dawn l-ismijiet immaġinattivi.

View this post on Instagram

A post shared by МОБИЛИ В КРОВАТКУ/ Babyfetro (@babyfetroroom) on

Ikolli ngħid, il-ġenituri ta’ dan l-aħħar għandhom poteri speċjali biex ikunu fil-vera sens tal-kelma LEGENDS! Nistqarr li l-ebda isem qatt m’għadda mill-kurituri ta’ moħħi, naħseb għadni bżonn nara minn fejn ħa nakkwista dal-poter maġiku. Il-bqija dejjem hemm dawk l-ismijiet li nistgħu nsejħulhom komuni.

Hemm ċans li dawn l-ismijiet, illum il-ġurnata msejħa komuni għad jispiċċaw l-ismijiet strambi, rari u li ħadd qatt ma sema' bihom. Anke jekk inħarsu lejn ismijiet Maltin fil-passat, insibu ismijiet li llum il-ġurnata anqas biss noħolmu bihom. Qisna li mexjin 'l hemm.  

Instagram / almacendeglobos


Emil Calleja Bayliss