“Hekk kif din il-ġurnata toqrob kull sena, nibqa’ nikkonferma kif huwa l-jum favorit tiegħi tas-sena!” bdiet il-kantanta Pamela Bezzina. Illum huwa għeluq snin ir-raġel tagħha Alex Debono.

“Grazzi għal dak il-jum, inħoss li jien l-iktar mara fortunata fid-dinja; li jkolli lilek maġenbi f’kull ħaġa li nagħmel, li nirċievi l-imħabba bla tmiem tiegħek kull minuta li ngħix, biex nara d-daħka u l-kliem pożittiv tiegħek f’dak kollu li jiġri - anke f’sitwazzjonijiet diffiċli, biex inkun tista’ nħobbok kif nagħmel jien u biex tgħallimt kif l-imħabba tista’ tkun bla tmiem u bla kundizzjonijiet!”

Pamela kompliet billi ddeskriviet xi jħobb Alex: “Int tħobb is-sempliċità, tgawdi l-iktar mixjiet bażiċi fil-kampanja, titbissem kull darba li tara lili niekol l-ikel favorit tiegħi, turi tant imħabba għal dawk li tħobb, tagħmel li tista’ għal kulħadd mingħajr ma tistenna xejn lura! Min jafek, jaf eżattament li dan kollu huwa minnu - u dawn huma biss ftit mill-affarijiet li għandna niċċelebraw illum aktar minn qatt qabel! Għax int speċjali f'kull mod!”

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Alex f’għeluq sninu.

Facebook/Pamela Bezzina


Nicole Barbara