Iben l-attur u producer Steven Dalli u l-awtriċi Audrey Brincat Dalli, illum għalaq 4 snin. F'post li tella' Steven Dalli fuq facebook kiteb li lil ibnu jħobbu sal-qamar u lura għal miljun darba. Irringrazzja wkoll lil martu Audrey talli dejjem tkun hemm għal binhom.

Binhom jismu Leo Alexander u jħobb ħafna l-annimali kif ukoll il-mużika b'mod speċjali l-pjanu. Imma Steven qalilna wkoll li Leo jħobb li jkun iffilmjat mill-papà u jkun irid jisma' l-kelma 'action' biex jibda jkanta. Xi ħlew hux?! Kif jgħid il-Malti: Id-demm jiġbed! Awguri Leo Alexander mingħandna lkoll.

Ritratt: Facebook/ Steven Dalli


Clifford Galea