Illum fis-14:00, l-Ingliżi ser jilagħbu l-ewwel partita minn Grupp B ta’ din il-World Cup kontra l-Iran.

Bosta partitarji tal-Ingilterra huma ħerqana sabiex jaraw il-11-il player li ser jagħżel Gareth Southgate għal din il-partita. Żgur li l-għażla tal-ewwel 11 hija ta’ uġigħ ta’ ras għal Southgate, speċjalment fl-għażla tal-attakkanti u tar-right back.

Bla dubju li l-Ingilterra huma l-favoriti biex jakkwistaw it-tlett punti kontra l-Iran, speċjalment meta d-djar tal-imħatri qed jitfawhom mal-aqwa timijiet biex jaslu sal-finali tat-tazza. Tgħid ser tkun rebħa faċli għall-Ingilterra jew l-Iran jistgħu jiddiżappuntawhom permezz ta’ rebħa jew talanqas riżultat ta’ draw?


Henzley  Bezzina