Hekk kif Alan Cachia qed joqrob il-50 sena tiegħu, mhux ħa jkun qed jiċċelebra b'festin tradizzjonali. Minflok, għażel mod uniku u ta’ ispirazzjoni biex jimmarka dan il-jum speċjali — ġirja ta’ 50km b'risq Puttinu Cares.
Għal min ma jixtieqx jiġri, ser tiġi organizzata wkoll mixja ta' 8km. Kulħadd imħeġġeġ jingħaqad ma’ Alan fit-8 ta’ Diċembru fis-6am għall-ġirja u fid-9.15am għall-mixja, li ser jibdew u jispiċċaw fit-12th May Banda u Social Club Ħaż-Żebbuġ.
Kemm hi ħaġa sabiħa meta n-nies jingħaqdu sabiex flimkien jagħmlu ġest sabiħ ma' ħaddieħor fil-bżonn.