L-influencer Maltija Naomi Micallef, intiża fil-qasam tal-moda u magħrufa għall-kontenut kreattiv tagħha, għadu kif kellha l-ewwel jum fl-iskola tal-moda f’Milan.

“Illum jimmarka l-bidu tal-vjaġġ tiegħi, mument li kont noħlom bih minn meta kont tifla żgħira,” kitbet Naomi fuq il-midja soċjali.

Naomi se tkun qed tistudja l-moda u l-istil tal-kontenut fl-istituzzjoni Istituto Marangoni MI Fashion. It-tir tagħha hu li tkompli titrawwem u titgħallem u tissaħħaħ fis-settur li minn dejjem kellha passjoni għalih.

"L-avventura tibda issa, u ma nistax inkun aktar eċċitata għal dak li ġej." Dan kollu wara ġimgħa ta' dehriet stupendi li kellha waqt il-Malta Fashion Week 2024. Hi tefgħet ritratti fuq Instagram ta' dawn id-dehriet li kienet qed tattendi bihom waqt l-avveniment.

Awguri mill-qalb Naomi!

Instagram/ Naomi Ver Elst Micallef


Kyle Zarb