Kirsten, tilfet lil ħuha meta kellha biss 14-il sena. Hi tkellmet ma' Gwida sabiex toħloq aktar u aktar għarfien u taqsam l-esperjenza tagħha dwar dak li kien ġralu l-għażiż ħuha.

"Jien kelli biss 14-il sena, kont għadni żgħira biex ngħaddi minn din it-trawa tassew kiefra, hħrxa u piena kbira. Kien is-sajf u jien flimkien ma' ommi u missieri konna reqdin fil-hemda tal-lejl, meta għal ħabta ta' nofsilejl smajna il-qanpiena ddoqq.

"Ħadna qatgħa, għal mument ma ndunajniex x'inhu għaddej. Reġgħet ċemplet it-tieni darba qanpiena meta ommi ħarġet tiġri fil-gallarija biex tara x'ġara... issib ma' wiċċha 2 pulizija, qabdet tgħajjat, kulħadd qam, qam missieri u nfexxet tgħajjat bil-biki tgħid mietli t-tifel mietli t-tifel... minn dak il-ħin ħajjitna nbidlet."

Meta staqsejna lil Kirsten, x'kien ifisser ħuha Roderick qaltilna, "kieku nista' bibbja sħiħa nikteb fuq hija l-għażiż. Ħija huwa kien u jibqa' uniku. Ċajtier, outgoing ħafna, iħobb jara kulħadd ferħan, ikellem lil kulħadd anke lil min ma jafx."

"Ġurnata qabel ma miet kien ħa jbiddel ix-xogħol, fejn kont persważa li tant stinka biex ix-xewqa tiegħu tipprova sseħħ. Minn dan kollu il-Bambin għoġbu jieħdu ħdejh."

"Jien ngħid fjura mfewħa fil-kantina bħal dejjem." Staqsejna lil Kirsten x'ġara eżatt dakinhar tal-ġurnata traġika."Kien qiegħed jiekol mat-tfajla tiegħu" li Kirsten għadha f'kuntatt magħha sal-lum il-ġurnata. Hi tgħid li sabu sapport kbir mingħandha u mingħand il-familja tagħha. Tistqarr magħna, "Kellha xokk meta bdiet tiġi f'tagħha bdiet tirrakonta x'ġara."

Ħuha sfortunatament kien faga waqt li qed jiekol. Kieku llum Roderick għandu 40 sena. Oħtu tagħlaq b'appell lill-għaqdiet konċernati li first aiders f'postijiet bħal dawn huma ta' importanza kbira ħalli wieħed "jipprova jevita inċidenti fatali b'nuqqas ta' traskuraġni."

Aħna nsellmu l-memorja ta' ħuha l-għażiż u nappellaw dwar l-importanza li wieħed ikollu taħriġ bażiku tal-first aid, għalkemm mhux kulħadd ikunu kuraġġuż, wieħed taf jiġi f'pożizzjoni fejn faċilment ikun jista' jsalva ħajja ta' persuna oħra.


Gwida.mt