Charlotte Cole, infermiera ta' 30 sena għadha kemm reġgħet ħadnet magħha lil binha ta' sentejn wara 11-il ġimgħa.

L-infermiera tesprimi dak li bdiet tħoss hekk kif mingħajr ma bassret, kellha terġa' tara lil binha viċinha wara ammont kbir ta' ġimgħat. "Kienet l-iktar deċiżjoni diffiċli li qatt kellna nieħdu imma wkoll l-iktar ovvja billi konna nafu li kienet l-aħjar ħaġa li nagħmlu biex George ikun sigur u jelimina kwalunkwe riskju". 

gf

Ritratt: Peter Austin/ SWNS

Iċ-ċkejken George jidher jiġri ġirja waħda lejn ommu hekk kif raha b'idejha miftuħin lesta biex tgħannqu magħha wara dan iż-żmien kollu.

gf

Ritratt: Peter Austin/ SWNS

"Qatt ma rajtu jiġri daqshekk bl-għaġla u jagħfasna tant miegħu. Ma ridt nitilqu b'xejn" tkompli l-omm. Dan li għamlet kien ukoll biex tiproteġi lill-ġenituri tagħha minħabba li missierha huwa meqjus vulnerabbli. 

L-istorja ta' Charlotte hi l-istess storja ta' eluf ta' infermiera madwar id-dinja li poġġew saħħet il-pubbliku w tal-familjari tagħhom l-ewwel u qabel kollox. GRAZZI kbira mill-ġdid lit-tim mediku kollu!

fg


Kyle Zarb