Illum huwa għeluq snin il-kantant Franklin Calleja li se jkun qed jiċċelebra s-27 sena tiegħu. B’mod xieraq, Franklin iddeċieda li jqatta’ għeluq sninu ġo Londra jgawdi x-xiri u d-dekorazzjonijiet tal-Milied.
F’dan il-jum, aħna nixtiequ nfakkru żewġ ċajtiet li kienu saru fuq Franklin fuq it-televiżjoni.
Darba minnhom kien fuq Sibtek u taparsi ġiet waħda mill-ġirien tiegħu ta’ meta kien għadu joqgħod il-Fgura. Hi qalet li kienet tieħu ħsiebu meta kien żgħir iżda hu qal li ma jiftakarhiex. Fil-pront jiġi r-raġel tagħha u jaqbad jgħajjat ma’ Franklin li missu jistħi wara dak kollu li għamlu miegħu. Wara xi ħames minuti ta’ ġenn fuq il-programm, jgħidulu li għamlulu candid camera.
Darb’oħra Carlo Borg Bonaci ċempel lil Franklin taparsi rebaħ vjaġġ għall-Awstralja biex iqatta s-sajf mal-“Għaqda tal-Maltin ta’ Brisbane”. Qalulu li bħala rikonoxximent li aċċetta l-istedina ġol-Awstralja, lura Malta se jniżżel kangaroo. Hekk kif Franklyn qabad jitħaq, Carlo qallu li mhux hekk imorru l-affarijiet u li għandu jirringrazzja lill-għaqda.
Aħna f’isem it-tim tal-Gwida kollu, nixtiequ nawguraw lil Franklin l-isbaħ xewqat ġo Londra!
Facebook/Franklin Calleja