Jum il-Qtates ż-Żgħar, magħruf bħala "Kitten Day", huwa jum li jiċċelebra lill-qtates żgħar. F'dan il-jum, niċċelebraw il-ferħ u l-imħabba li jġibu dawn il-ħlejjaq fil-ħajja tagħna. Iżda jum bħal dan għandna nqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-kura tal-qtates, speċjalment dawk li jinsabu f'ċentri madwar Malta u Għawdex.

Tista’ tiċċelebra billi taddotta qattus żgħir, tgħin b'donazzjonijiet jew volontarjat, u titgħallem dwar il-bżonnijiet tagħhom. Tajjeb li xxerred l-imħabba għall-qtates fuq il-midja soċjali u li noħolqu aktar għarfien dwar il-bżonnijiet tagħhom. Irridu niftakru li l-annimali mhumiex rigali, irridu nżommu f'moħħna li dawn għandhom bżonn l-attenzjoni tagħhom u meta jkunu għadhom żgħar, ikun hemm bżonn ftit paċenzja biex huma jitgħallmu ċertu affarijiet. 

Il-qtates għandna dejjem nieħdu ħsiebhom b’mod responsabbli. Niftakru li għalkemm iż-żgħir dejjem ħelu, dawn il-qtates ħa jikbru u meta jseħħ dan irridu nibqgħu noffrulhom l-imħabba tagħna.


Emil Calleja Bayliss