Ineż (Kienet Perfetta), il-produzzjoni li hi mmirata għaż-żgħażagħ fil-programm ta' ŻiguŻajg tilħaq il-qofol tagħha fl-aħħar episodju. Episodju li nifhmu aktar ta' x'seta ġara u għaliex jista' jkun li Ineż għebet.

Niskopru aktar dwar il-karratru li kellha Ineż... li għalkemm kienet tidher mod u taġixxi mod, minn wara l-kwinti, bla ħafna daqq tat-trombi kellha qalb li tħoss, qalb li tħenn għal ħaddieħor. Iżda jidher li kien hemm min ried jivvendika ruħu minnha.

F'dan l-episodju nifhmu li kultant jekk persuna jkollu s-saħħa, jispiċċa jeħlisha ħafif jagħmel x'jagħmel u Ineż u l-għajbien tagħha kif jidħol f'dan kollu. Donnu l-kobbla mħabbla wisq u ħafna qed jistaqsu x'inhu jiġri u x'inhu għaddej eżatt.

B'xi mod għalkemm ħafna nies ġew interrogati, b'xi mod kulħadd irnexxielu jeħlisha. Imma x'ġara eżatt? Il-mistoqsija hija waħda... x'ġara minn Ineż u l-għajbien tagħha x'riperkussjonijiet ħa jkollu fuq ħaddieħor?

Il-mistoqsija tqum ukoll x'ħa jiġri jekk Ineż tirritorna. Ħa tibqa' Ineż il-Perfetta? Il-familja tagħha x'kienet irrispondiet fil-qofol ta' dan kollu. Jekk trid tiskopri dan u aktar mela fittex aqta l-biljett tiegħek minn HAWN sabiex isegwi dawn it-tliet epidosju tassew intriganti! Fittex għaġġel għax ma tantx fadallek żmien! 

Instagram / inezkienetperfetta


Emil Calleja Bayliss