Il-kanzunetta tas-Serbja għall-konkors tal-Eurovision 2022 kienet waħda interessanti. Konstrakta, l-isem artistiku ta' Ana Đurić, tesegwixxi "In Corpore Sano" kemm bis-Serb u kif ukoll bil-Latin, u l-kanzunetta tibda bil-kliem, "X'jista' jkun is-sigriet tax-xagħar b'saħħtu ta' Meghan Markle? X'jista' jkun?" Hija mbagħad tkanta, "Naħseb li kollox huwa dwar idratazzjoni profonda."

Ħafna nies, speċjalment l-Ingliżi, kienu konfużi għal dan iżda kien hemm raġuni u l-kantanta spjegat.

Konstrakta tispjega, "Meghan Markle mhix daqshekk importanti fil-kanzunetta, iżda hija rappreżentattiva ta’ dawk in-nies kollha fil-midja li aħna ffukati wisq fuqhom."

Fil-premiere tal-Eurovision Song Contest, Konstrakta libset ilbies simili ħafna tad-dehra rjali ta’ Meghan Markle.


Bernard Xuereb