L-attur u preżentatur Indri Attard xeħet ritratt fuq il-profil tiegħu flimkien ma' personalitajiet oħrajn, fejn jinsabu għaddejjin bil-ġbid ta' xi ħaġa ġdida. S'issa għad m'hemmx informazzjoni dwar dak li qed isir, u s-suppożizzjonijiet tan-nies bdew ġmielhom!
Indri kiteb, "Fuq is-sett", flimkien mar-ritratt tiegħu u tal-kollegi sħabu waqt ġbid ta' xi xeni li qed isiru ġewwa dar. Fosthom hemm Eileen Montesin, li m'għandha bżonn ta' ebda introduzzjoni, u li jidher li għal darb'oħra qed tidderieġi dan il-proġett.
Lil Indri niftakruh jaħdem il-parti ta' Jean waqt Dejjem Tiegħek Becky, il-kitarrist tal-band li kienet tkanta Sera (Christine Haber) magħha. Fir-ritratt hemm ukoll Marbeck Spiteri li wkoll diġà kellha sehem fil-produzzjonijiet ta' Eileen, fosthom Dejjem Tiegħek Becky.
Tgħid x'inhu ġej?!