Jidher li l-preżentatriċi Claire Agius Ordway daħlet għal avventura fejn kellha mumenti diffiċli tul il-proċess.

It-tim tagħha kien ħin kollu magħha speċjalment biex titla' mal-ħitan. "Grazzi kbira lil sħabi tat-tim li nbuttawni u ġibduni minn fuq il-ħitan".

Tgħid li kienet trail run li fiha kien hemm bosta ostakli, ħbula ma' xhiex titla', għawm eċċ. Issemmi wkoll li t-tim kollu għen biex jinġabar il-plastik mill-art tul dan il-vjaġġ. 

Claire tieħu ħsieb tfakkar lill-pubbliku biex anke hu jissieħeb f'din il-katina u jiġbor dak li jista' mill-bajjiet u kull fejn ikun.

Facebook/ Claire Agius Ordway


Kyle Zarb