Illum, 5 t’Awwissu, ġie inawgurat spazju miftuħ għar- rikreazzjoni tat-tfal magħruf bħala l-Bandli tal-Birgu, mill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi flimkien mas-Sindku tal-Birgu John Boxall. 

“Dan il-proġett sar b’investiment ta’ €120,000, mill-Awtorità tal-Ippjanar permezz tad-Development Planning Funds, immexxi mill-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi” u l-Ministru Zrinzo Azzopardi sostna kemm  “dan il-proġett huwa xhieda oħra tal-ħidma ta' dan il-Gvern biex iż-żoni urbani jkomplu jiġu rinovati bi proġetti aktar sostenibbli u b'hekk in-nies igawdu minn kwalità ta' ħajja aħjar.”

Il-paġna uffiċjali tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar kitbet illi “Saru diversi xogħlijiet ta’ rrinovar f’dan il-Bandli sabiex jkun mgħammar b’tagħmir modern u aktar sikur għat-tfal.” 

Fid-9 ta’ filgħodu, it-tfal kollha tal-Birgu li għandhom sa għaxar snin kienu mistednin nhar il-Ġimgħa għall-ftuħ uffiċjali tal-Bandli fejn ingħataw rigal żgħir tal-okkażjoni.

Prosit ta’ din l-inizzjattiva għal iktar spazji miftuħin fejn tista’ tgawdi l-familja kollha!


Marija Bellia