Bosta qed isellmu l-memorja ta' Paul Borg minn Bormla wara li ħarġet l-aħbar li ħalla din id-dinja fl-età ta' 56 sena.
Fost oħrajn sellmet il-memorja tiegħu Belle li hija magħrufa għall-paġna tagħha Belle & Blake Live Shows fejn saħqet li ma kinitx qed tistenna din l-aħbar u faħħret fuq kollox "il-qalb tajba" ta' Paul.
Sellem il-memorja tiegħu wkoll il-kunsillier Bormliż Glauber Spiteri li faħħar b'mod partikolari x-xogħol siewi li Paul dejjem għamel matul ħajtu sabiex jara l-komunità Bormliża miexja 'l quddiem.
"Dejjem wera mpenn kontinwu għall-ġid tal-komunità," saħaq il-kunsillier Bormliż, li rrimarka li l-memorja tiegħu żgur ħa tibqa' mfakkra minn tant Bormliżi "b'għożża u bi gratitudni".
Strieħ fis-sliem, Paul!
Ritratti: Facebook / Belle & Blake Live Shows u Glauber Spiteri