“Inħossni Verament Grata Li Qed Naċċetta T-Titlu Ta’ Doctor Honoris Causa Mill-Università Tat-Teknoloġija Ta’ Lodz” – Roberta Metsola

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament fuq il-paġna tagħha biex tesprimi kemm qed tħossha onorata li rċeviet titlu prestiġjuż mill-Università ta’ Lodz.

Hi kitbet fuq il-paġna tagħha, “Inħossni verament grata li qed naċċetta t-titlu ta’ Doctor Honoris Causa mill-Università tat-Teknoloġija ta’ Lodz.”

Żiedet tgħid, “Huwa unur li jitfa’ fuqi r-responsabilità li nibqa’ naħdem kull ġurnata b’kuraġġ u determinazzjoni għal Ewropa li tagħti priorità lill-valuri tal-paċi, demokrazija, u ħelsien.”

Nawgurawlha mill-qalb għal dan l-unur prestiġjuż u nirringrazzjawha tax-xogħol kollu li qed tagħmel fil-pożizzjoni tagħha fl-Ewropa. Waqt li taċċetta dan it-titlu mhux biss qed tirrappreżenta l-Ewropa iżda wkoll il-gżira ċkejkna u speċjali tagħha, Malta.





Facebook / Roberta Metsola



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI