Il-paġna Ftit Minn Kollox taqsam messaġġ li għandna lkoll inżommuh f'moħħna. Messaġġ li kultant anqas biss nirrealizzaw li għandna nkunu grati għal kull ħaġa li għandna, għax hawn tant nies li qed ibatu fis-silenzju. Meta ma jkollokx ċertu nuqqasijiet fil-ħajja. 

Huma jiktbu, "Iddeċidejt li nieqaf ingerger, u nkun grata għal dak li għandi. Inħossni privileġġjata nnaddaf id-dar għax dak ifisser li għandna fejn noqogħdu. Inħossni privileġġjata naħsel il-ħwejjeġ għax dak ifisser li għandna x'nilbsu. Inħossni privileġġata naħsel il-platti għax dak ifisser li għandna x'nieklu. Minflok nilmenta, irrid ngħid biss grazzi!"

X'taħsbu fuq dan il-ħsieb?


Emil Calleja Bayliss