Fis-sena li Georgina Abela telgħet Ruma biex tirrapreżenta lil Malta flimkien ma' Paul Giordimaina bil-kanzunetta Could it be?, kellha avveniment ieħor speċjali. Kien proprju fil-11 ta' Jannar 1991, meta Georgina u Paul Abela saru ġenituri għall-ewwel darba tal-kantant Ryan Paul.

Kantant u surmast rinomat fix-xena lokali. Fl-2014 fis-7 u t-8 ta’ Frar waqt il-Malta Eurovision Song Contest 2014, Ryan Paul Abela wasal sas-serata finali bil-kanzunetta tiegħu City Lady. Kanzunetta partikolari li laqtet lil bosta segwaċi dik is-sena!

gh

Omm Ryan, il-maħbuba Georgina awgurat lil binhal-isbaħ xewqat f'għeluq sninu, kif ukoll qasmet ritratt mill-isbaħ għall-okkażjoni! Ryan ukoll tefa' ritratt għall-okkażjoni fejn kiteb, "Kbirt ftit iktar!"

Awguri mill-qalb Ryan!


Kyle Zarb