Minn Novembru li ġej sa Diċembru se tkun qed tintlgħab il-World Cup 2022 ġewwa l-Qatar.

Għall-ewwel darba fl-istorja se jkun hemm in-nisa referees li se jirrefjaw fil-World Cup tal-irġiel. Dan wara li ġew magħżula mill-bord u kollox ġie kkonfermat mill-FIFA. Il-lista ta’ referees tinkludi 36 persuna fejn tlieta minnhom huma nisa u tlieta oħra huma assistenti referees minn lista ta’ 69 persuna. It-tliet referees nisa huma Stephanie Frappart, Salima Mukansanga u Yoshimi Yamashita, filwaqt li l-assistenti referees nisa numa Neuza Back, Karen Dìaz u Karhtyn Nesbitt.

Il-Head of Refereeing Pierluigi Collina qal li b’dan il-mod se jkunu qed jenfasizzaw li l-kwalità u l-kapaċità tar-referees tgħodd u mhux ta’ liema sess tkun il-persuna.

“Dawn jixraqilhom ikunu parti mill-World Cup għax dawn dejjem kellhom prestazzjoni ta’ livell għoli u dan huwa fattur importanti għalina”, kompla Collina.


Henzley  Bezzina