L-attriċi u kantanta lokali Sarah Micallef Muscat ħalliet messaġġ personali fuq il-mezzi soċjali, messaġġ li tassew imiss qalb dak li jkun u b'xi mod jew ieħor jirrelata miegħu kulħadd! Kulħadd fil-ħajja tiegħu jinsab fuq vjaġġ u Sarah taqsam parti minn dan il-vjaġġ mas-segwaċi tagħha.

Hi tikteb, "Hello. Jiena Sarah. Ma nieqafx nikber. Ma nieqafx ninbidel. Allura qed naġġornakom fuq fejn qiegħda preżenti. Qiegħda preżenti. Ninsab kuntenta u libera. Qiegħda f'post partikolari fit-triq li nsejħilha ħajti fejn qed nara fejn irrid nasal, u qed ninduna kemm t-triq hi possibbli. In-nies li ngħożż madwari huma hemm għalija u jafu li jien inwaqqa' kollox minn idejja biex inkun hemm għalihom ukoll."

Sarah tkompli tgħid, "In-nies li użawni u weġġgħuni ħallejthom fejn hu xieraq, ħallejthom fil-passat. Nirringrazzjahom talli għallmuni x'ma għandix inkun. U ndur lejn il-persuni li ngħożż b'qalbi kollha u napprezza kull memorja li kapaċi inżomm f'moħħi sakemm moħħi ma tistax iżżomm iktar. Nammetti li għandi ħafna iktar x'nitgħallem fil-ħajja. U m'iniex nibża' mil-lezzjonijiet li ġejjin. Nibża' biss li ma nagħmel xejn."

Facebook / Sarah Micallef Muscat


Emil Calleja Bayliss