Il-kantant Malti li saħħar lil kulħadd bil-vuċi unika tiegħu fil-kanzunetti, "Keep Me In Mind", "Fejn Tħobb Il-Qalb", "Fjura Fil-Kantina" u aktar jiċċelebra għeluq sninu llum.
F'din il-ġurnata rċieva mijiet ta' kummenti iżda ċertament l-aktar wieħed ħelu kien miċ-ċkejken neputi tiegħu, Noah.
Noah permezz t'ommu kitiblu, "Awguri lin-nannu cool tiegħi Mike Spiteri. Grazzi tal-ħin li tqatta' tilgħab miegħi u tgħannaqni ...u tfissidni... għalkemm ommi ma tantx tieħu pjaċir".
Awguri mill-qalb Mike!