L-istilista tal-ħwejjeġ Herman Vassallo qasam aħbar ta' diqa mas-segwaċi fuq il-mezzi soċjali, hekk kif ħabbar li llum ġiet nieqsa n-nanna tiegħu. Herman qasam ritratt li jmur lura għal meta hu kien għadu tfal u miegħu kiteb, "In-nanna tiegħi ħallietna llum. Strieħ fis-sliem nanna Rose."

Żgur li dak ir-ritratt iġib lura tant u tant tifkiriet miż-żgħożija. Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Herman u l-familja tiegħu u nitolbu li jsibu l-kuraġġ u l-faraġ meħtieġ f'dan iż-żmien diffiċli.

Strieħ fis-sliem Rose.

Facebook / Herman Vassallo


Emil Calleja Bayliss