Claudia Faniello għadha kemm tefgħet ritratti fuq il-profil tagħha ta' suċċess mill-isbaħ li kisbet f'ħajjitha. Fil-fatt ilbieraħ kellha ċ-ċelebrazzjoni tal-gradwazzjoni tagħha. Claudia qed tiċċelebra dan il-mument ma' ħabiba kbira tagħha li wkoll gradwat sena ilu. 

Minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija ma setgħux jiċċelebraw sew. "Inħares lejn dawn ir-ritratti u nħossni mimlija gratitudni. Maria hija l-akbar ħabiba tieghi, prattikament oħti żgħira oħra, ngħixu l-avventuri tal-ħajja flimkien bħal ma jixhdu dawn ir-ritratti." 

Minn qalbna nifirħu lil Claudia u lil Maria f'dan il-pass importanti li għamlu f'ħajjithom!

Facebook/ Justin Brincat


Kyle Zarb