Fuq il-mezzi soċjali tagħha, il-preżentatriċi Kylie Vella ħabbret li l-programm Ħolqa Soċjali se jkun qed jirritorna fuq l-istazzjon nazzjonali!
Hi tikteb, "Bi pjaċir inħabbar li l-programm Ħolqa Soċjali jirritorna għat-tieni staġun hekk kif illum bdiet l-iskeda l-ġdida ta' TVM. Matul dan l-istaġun se jkollna programmi varjati minn intervisti u diskussjonijiet ma’ bosta professjonisti li jiffukaw fuq is-servizzi socjali differenti li toffri l-Foundation for Social Welfare Services."
Kylie tispjega, "Fil-fatt, fl-ewwel programm se nkun qed nsegwi ġurnata tipika u impenjattiva fil-ħajja professjonali tal-Kap Ezekkutiv tal-FSWS is-Sur Alfred Grixti. Titilfuhx! Flimkien mal-kollega brava Kelly Peplow nistednukom tingħaqdu magħna kull nhar ta' Ħamis fit-19:45 fuq TVM+."
Se tkun qed isewgi?