Jekk intom issegwu l-paġna uffiċjali ta' Danita (One Chick And A Yorkie) tafu daqsi li kontinwament titfa' xi aġġornament dwar x'qed jiġri f'ħajjitha... insomma mhux f'ħajjitha biss... kif ukoll f'ħajjet il-familjari u maħbubin tagħha! 

Imbagħad Lenny?! Uħħ - dak miskin diġa' sar magħruf u popolari magħna lkoll u lanqas biss għadu jaf b'dan! 

Danita ammettiet dan kollu u f'messaġġ indirizzat lil Lenny hi tgħidlu: "Imwaħħal miegħi bħal qarnita.... X'kanna blajt b'ommok Danita. Trid u ma tridx jafek kulħadd. Fuq stories tidher min tnejn sa ħadd...". Tkompli billi tistqarr il-fatt li hi kontwinwament tikxfu. U hekk hu għaliex kollox inkunu nafu dwar fejn qiegħed, x'qed jagħmel, x'inhu liebes, fejn sejjer, insomma u elf ħaġa oħra!

Però dan żgur mhux xi nuqqas ta' - qas xejn! Anzi b'dan kollu Danita turina kemm hi kburija li għandha lil Lenny u iva ta' - naħseb ħa jkun simpatiku la jikber. Mhux ovvja? Jekk jiġi l-iben ta' mara tal-ġenn bħalek Danita!

View this post on Instagram

A post shared by Danita Camilleri 🇲🇹 (@onechickandayorkie) on

Instagram/ Danita


Kyle Zarb