Ftit tas-sigħat ilu, il-Malta Football Association ħabbret li ġie nieqes Tony Gambin. Tony kien serva għal bosta snin bħala l-massuer tat-tim nazzjnali Malti. Il-paġna tal-Malta Football Association qalet li Tony, "kiseb ir-rispett u l-affezzjoni ta’ kulħadd grazzi għad-dedikazzjoni, il-qalb tajba u s-sens kbir ta’ umoriżmu tiegħu."

Huma komplew billi wasslu l-kondoljanzi tagħhom mill-qalb lill-familja u l-ħbieb ta' Tony. Plejers oħra lokali wkoll sellmu l-memorja ta' Tony u għaddew il-kondoljanzi tagħhom lill-familja u ħbieb ta' Tony f'dan iż-żmien diffiċli. Kif jixhdu l-messaġġi li qed jidhru fuq il-midja soċjali, Tony kien persuna tant u tant maħbub.

Id-difensur Malti Andrei Agius qal, "Strieħ fil-paċi Tony, kont fortunat li sibt nies bħalek meta bdejt bl-avventura tiegħi mat-Tim Nazzjonali, kliemek dejjem kien ta’ motivazzjoni u ta' appoġġ kbir.”

Aħna f'isem Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil dawk kollha li kienu jafu lil Tony, speċjalment lil dawk li għal diversi snin ħadmu mill-qrib miegħu. It-telfa tiegħu ħa tinħass minn diversi nies.


Emil Calleja Bayliss