Peter Farrugia, Malti minn Portsmouth fl-Ingilterra, li huwa wkoll missier ta’ żewġt itfal, tilef il-battalja kontra l-kanċer tal-prostata wara li kien ilu jiġġildilha għal erba’ snin u nofs.

peter farrugia

Peter xorta waħda ħaseb f’ħaddieħor lejn l-aħħar ta’ ħajtu. Hu ġabar donazzjonijiet u ta rigali tal-Milied lir-residenti fejn kien qed jgħix hu minħabba l-kanċer u kellu f’moħħu wkoll li jilbes ta’ Santa Klaws biex iferraħ lir-residenti, imma sfortunatament laħaq miet. Ir-rigali li kellu lesti xorta waħda tqassmu u b’hekk xewqtu xorta waħda saret possibli.

Aimee Rose Harrison, bintu l-kbira, ddeskrivietu bħala bniedem b’saħħtu u li jaf iħobb.

Insellmu l-memorja tiegħu.


Henzley  Bezzina