L-eks attakkant ta’ Hibernians Jimmy Mizzi miet matul il-lejl li għadda, dan ġie mħabbar mill-klabb tal-Premier League fi stqarrija li ħareġ aktar kmieni.

Il-plejer ta’ 79 sena kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa attakkanti fl-istorja ta’ Hibernians FC. Hu kien strumentali sabiex fl-1961, il-Hibs jirbħu l-ewwel kampjonat tagħhom.

Wara tellieqa taħraq għat-titlu ma’ Valletta, fit-28 ta’ Mejju ntlagħbet logħba li kienet strumentali biex tiddeċiedi l-kampjonat. Il-Hibs rebħu 2-1 b’Mizzi jiskorja ż-żewġ gowls u mexxa t-triq fejn assiguraw t-titlu.


Emil Calleja Bayliss