Tard ilbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt ta' Oliver Pace fl-età ta' 39 sena. Lill-attur niftakruh fis-sensiela tant maħbuba mal-Maltin u Għawdxin, Klassi Għalina, li min jaf kemm nislet tbissima fuq wiċċna.
Hu kien jagħmilha tal-Hop-Leaf fuq is-sensiela Klassi Għalina. Bosta kienu li sellmu lil Oliver b'messaġġi mill-isbaħ. L-għażiż missieru kitiblu, "Ma nistax nemmen ibni kif ħallejtna ħabta u sabta. Kont maħbub minn kulħadd Oliver. M’intix se tkun minsi ibni. Żomm idejk fuqna minn hemm fuq."
Aħna ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-famila tiegħu u lil sħabu f'dan iż-żmien daqstant diffiċli. F'isem Gwida.mt, insellmu l-memorja tiegħu. Strieħ fis-sliem Oliver.
Facebook / Philip Pace