Ħafna jqisu din il-kanzunetta ikonika, il-ħoss tagħha amalgamat mal-kliem jagħmlu l-kanzunetta verament Maltija! Id-deskrizzjonijiet huma mill-aqwa. Alfred Rapa l-moħħ wara din il-kanzunetta ġie nieqes proprju llum.

Sfortunatament hu kien qed jiġġieled il-marda tal-kanċer. Kienu bosta nies li ħallew il-kondoljanzi tagħhom fuq ritratti li xeħet it-tifel tiegħu fuq il-mezzi soċjali. Aħna f'isem Gwida.mt insellmu l-memorja ta' Alfred Rapa u nirringazzjawh tal-kontribut tiegħu fix-xena lokali.


Emil Calleja Bayliss