Aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta' Freddy Farfar Cuschieri, hu kien maħbub ħafna ġewwa Ħal Qormi u kien attiv ferm fl-attivitajiet ġewwa din il-belt.
Hu kien attur u ħa sehem f'diversi films miġbuda f'Malta. Ħafna forsi jafuh mill-vidjow tal-band The Crowns li kienu ħarġu għal Milied bl-isem ta' Do I Like You More In Chistmas?
Il-band lokali sellmu l-memorja tiegħu fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom fejn qalu li kien ta' pjaċir u ta' unur kbir tagħhom li jaħdmu miegħu.
Sellem lil Farfar ukoll, is-Sindku ta' Ħal Qormi Renald Falzon fejn qal li l-pjazza ta' San Franġisk ġewwa l-istess belt ħa tkun qed tħoss in-nuqqas tiegħu.
Kienu ħafna oħrajn li sellmu l-memorja ta' Freddy Farfar fuq il-profil ta' Facebook tiegħu. Aħna f'isem Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil qrabatu u ħbieb tiegħu, ċertament it-telfa tiegħu ħa tinħass.