Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Malta, News, Photos and People qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ tal-qsim il-qalb miktub minn Kenneth Busuttil.

Hu qal, “Tkompli l-ħruxija u l-makabrità fuq it-tfal Palestinjani. L-ebda terapija ma tista' tagħmel ġustizzja ma' dawn l-ulied. Imma possibli l-bniedem se jibqa' monstru bla qalb u bla ruħ quddiem sofferenzi umani bħal dawn? Mhux ta' b'xejn fl-aħħar mumenti tiegħu, il-Papa Franġisku reġa' rrefera għall-qtil u l-krudeltà li għaddejjin minnha kuljum dawn it-tfal.”

Żied jgħid, “Għal dawk li jemmnu fit-talb, nitlobkom taħsbu f'dawn it-tfal u tfal oħra li qed ibatu u jsofru intortament minħabba gwerer li ma ħolqux huma! Addijo l-ħolm sabiħ u l-aspirazzjonijiet li seta' kellhom.”


Charlton Cefai