Ġimgħatejn oħra, il-kantant Matthew James u l-maħbuba tiegħu Lindsey Brincau se jkunu qed jingħaqdu bħala koppja miżżewġa.
Daqs sentejn ilu, Matthew James kien ippropona lit-tfajla tiegħu Lindsey ġewwa Zakopane u kien żvela magħna li kien żamm iċ-ċurkett li bih kien se jipproponilha fil-hand luggage. Kien qalilna wkoll li ċ-ċurkett jaħsbuh xi ħaġa stramba fil-bagalja u jkun tilef is-sorpriża imma kollox kien mar kif xtaq u issa hu u Lindsey jinsabu biss ġimgħatejn il-bogħod mill-ġurnata li se jgħidu iva lil xulxin.
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura futur mill-isbaħ mimli mħabba lil Matthew James u lil Lindsey.
Facebook / Lindsey Brincau