Din il-ġimgħa kienet waħda important ferm għal dan il-grupp ta’ ħames kantanti bravissimi li ingħaqdu fit-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta u kklassifikaw fit-tielet post.

Fuq il-paġna tagħhom, FAITH ħabbru li ser joħorġu l-ewwel kanzunetta flimkien bħala grupp. Din l-aħbar hija waħda important mmens għall-karriera mużikali tagħhom u żgur li ser tinżel tajjeb mas-segwaċi tagħhom.

Din ma kinitx l-unika aħbar tajba għal dan il-grupp u dan għaliex illum waħda mill-kantanti, Megan Caruana, qalet fuq il-profil tagħha li rnexxielha ġġib il-liċenzja mal-ewwel test.

It-tim ta’ Gwida.mt jifraħ lil FAITH u lil Megan għal dawn iż-żewġ aħbarijiet li qasmu magħna u ngħidulhom li ninsabu ħerqana sabiex nisimgħu l-kanzunetta tagħhom!

Facebook / FAITH - Five Are In The House


Henzley  Bezzina