Illum jaħbat għeluq snin Rebecca, il-maħbuba tad-DJ popolari Pierre Cordina.

Pierre kitbilha erba’ kelmiet ta’ mħabba u awgurju verament sbieħ. Hu qal li mħabbitha u s-sapport li taħgtih jagħmlulu d-dinja tiegħu sabiħa. “Jalla jum għeluq sninek ikun mimli b’ħafna mumenti ta’ daħk u mħabba.”

F’din il-post tefa’ wkoll ritratt verament ħelu ta’ Rebecca flimkien maċ-ċkejkna tagħhom, li twieldet f’Ġunju tas-sena li għaddiet.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Rebecca f’jum għeluq sninha!


Henzley  Bezzina