Mill-ewwel ta’ Lulju, se jkun hemm tibdil fl-ispiża meta tixtri affarijiet onlajn minn pajjiżi li mhumiex fl-UE.

Il-MaltaPost tellgħu fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom, l-erba’ xenarji differenti li jistgħu jaffettwaw lil kull min jixtri minn pajjiżi mhux tal-UE. Ix-xenarji huma ppreżentati b'eżempji ta’ valuri differenti ta' oġġetti: € 5, € 25, € 75 u € 125.

Ladarba d-dikjarazzjonijiet doganali sottomessi jkunu korretti u l-VAT tkun tħallset kif dovut lill-bejjiegħ fil-punt tax-xiri, ma jkun hemm l-ebda ħlas ulterjuri meta l-oġġett jasal Malta.

MaltaPost


Bernard Xuereb