Kienu tħabbru restrizzjonijiet aktar stretti fuq l-ivvjaġġar bejn Malta u Għawdex, li daħlu fis-seħħ xhur ilu. Dawk biss li għandhom "raġuni valida" kienu qed jitħallew jitilgħu fuq il-lanċa, skont kif kien ħabbar il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

"Dan mhuwiex il-ħin għal vaganzi ta’ tmiem il-ġimgħa jew vjaġġi ta' ġurnata la f'Malta u lanqas f'Għawdex," huwa kien qal f'indirizz vidjo fuq il-paġna ta’ Facebook tal-gvern. 

Il-vjaġġaturi kienu qed jitħallew jużaw is-servizz tal-vapur tal-Gozo Channel biss għar-raġunijiet li ġejjin; xogħol, raġuni medika, qraba li jżuru l-isptar, membri tal-familja li jmorru jżuru, vjaġġ tal-merkanzija, biex jirritornaw lejn residenza.

Il-ministru qal li kull tip ta’ vjaġġar mhux essenzjali huwa ipprojbit. Issa skotn kif ħabbru l-paġna Malta Gov, dawn ir-restrizzjonijiet mhux ħa jibqgħu fis-seħħ mill-10 ta' Mejju 'l quddiem. Taqbel ma' din id-deċiżjoni?


Kyle Zarb