Ġorġ Mallia huwa professur fl-Università ta’ Malta u kien jgħallem lil Bernice, il-mara li nqatlet dalgħodu.

Fil-post li kiteb qal li, għalkemm qatt ma raha mill-Università ‘l hawn, xorta waħda kienu żammew kuntatt permezz ta’ Facebook. Hu żied jgħid li mhux ser jagħmel bħal dawk in-nies bla qalb li pruvaw jiġġustifikaw il-qtil ta’ Bernice imma hu ser jibki lilha u l-futur li issa m’għandhiex, lil uliedha u lil dawk kollha li ħabbewha. “Ilni nibkik minn dalgħodu, għax int ma jmissek qatt mitt. U nisħet lil dawk li b’għemilhom (jew nuqqas tiegħu) ġabu dan fuqek,” kompla jikteb Mallia.

Nittamaw li nitgħallmu minn dan id-delitt biex qatt ma jerġgħu jsiru affarijiet bħal dawn ġewwa pajjiżna.

Facebook / Ġorġ Mallia


Gwida.mt